?>" />

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET FIT-TNEDIJA TAT-TELLIEQA TAL-YACHTS BEJN MALTA U SIRAKUŻA

Posted by: yachting-live in News, tags:

Nru. 0970

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET FIT-TNEDIJA TAT-TELLIEQA TAL-YACHTS BEJN MALTA U SIRAKUŻA

‘Il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ li jgħin lill-assoċjazzjonijiet sportivi permezz ta’ diversi skemi. Ir-riżoluzzjoni li mistennija titressaq mill-Gvern sabiex ir-Royal Malta Yacht Club jingħata post adegwat minn fejn jopera f’Ta’ Xbiex, flimkien mal-inċentivi finanzjarji mħabbra l-ġimgħa li għaddiet huma xhieda ċara ta’ dan. Minn dan il-post ir-Royal Malta Yacht Club ser iniedi wkoll skola tal-ibburdjar.’

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġiet imnedija t-tellieqa tal-yachts li ser issir bejn it-12 u t-13 ta’ Lulju organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. Din it-tellieqa ser tibda f’Malta u tispiċċa f’Sirakuża.

Ir-Royal Malta Yacht Club, il-ġenituri fi ħdanu u l-kumpaniji li jisponsorjaw lill-istess klabb jistgħu kollha jibbenefikaw mill-inċentivi li għandhom l-għan li jkomplu jsaħħu l-parteċipazzjoni fl-isport.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif l-inċentivi finanzjarji ser ikunu qegħdin jolqtu lil dan il-klabb.

1.      Il-ġenituri li ser jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskola tal-ibburdjar ser ikunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis, fuq miżati mid-dħul taxxabbli.

2.      Il-klabb ser ikollu l-faċilità li jibbenefika minn skema finanzjarja fejn l-għaqdiet sportivi jingħataw għajnuna fuq l-ispiża kapitali li jkunu għamlu biex itejbu l-faċilitajiet sportivi tagħhom.

3.      L-entitajiet kummerċjali li jikkontribwixxu f’għotjiet finanzjarji lill-għaqdiet sportivi inkluż lir-Royal Malta Yacht Club qed igawdu minn skema oħra fejn l-għotjiet finanzjarji tagħhom ma jibqgħux taxxabbli.

4.      Rati konsiderevolment issussidjati fuq il-kirja tas-sit mgħoddi lir-Royal Malta Yacht Club.

DOI - 08.07.2008

Popularity: 13% [?]

Listen to this podcast Listen to this podcast

Print This Post Print This Post







  • Related Posts

      No related posts


  • Leave a Reply